Top of main content

HSBC ATM cash withdrawal video transcript

Verżjoni bil-Malti

Jekk għadek ma skoprejtx kemm hu faċli li tuża ATM għall-bżonnijiet bankarji tiegħek... issa huwa żmien tajjeb li tagħmel dan.

L-ATMs tal-HSBC huma disponibbli erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u ssibhom madwar Malta u Għawdex.

Tista’ taċċessa numru ta’ servizzi bankarji ta’ kuljum bħal: ġbid ta’ flus; depożiti; trasferiment ta' fondi minn kont għall-ieħor u ħlas tal-bilanċ tal-credit card, u anki tista’ tiċċekkja l-bilanċi.

Huwa tassew faċli li tiġbed il-flus mill-ATM.

Daħħal il-card tiegħek.

Agħżel Mod Normali jew b’Tipa Mkabbra u agħżel ammont minn fuq l-iscreen jew jekk tixtieq tiġbed ammont differenti daħħal il-PIN.

Imbagħad uża l-keypad biex iddaħħal l-ammont li għandek bżonn u jekk għandek iktar minn kont wieħed, agħżel il-kont li trid tiġbed minnu.

Jekk tixtieq tista’ ssaqsi wkoll għal irċevuta.

Imbagħad ħu l-card lura, u fl-aħħar il-flus.

Daqshekk faċli.

L-HSBC joffri numri ta’ servizzi bankarji diġitali li huma aċċessibbli u faċli biex tużahom li permezz tagħhom m’għandekx għalfejn toqgħod tmur fil-kju f’xi fergħa.

Ibda użahom mil-lum, u moħħok hemm...

Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk.

HSBC, together we thrive.

English version

If you haven’t yet discovered just how easy it is to use an ATM for your banking needs … now’s a good time to do so.

HSBC ATMs are available every day, round the clock and you can find them all over Malta and Gozo.

You can access many everyday banking services, such as: withdrawing cash; making deposits; transferring funds between accounts or paying credit card balances and checking balances.

Withdrawing cash from the ATM is easy... just insert your card, select normal or enlarged mode and choose an amount from the options shown ... or if you need a different amount enter your pin then, use the keypad to enter the amount you need and, if you have more than one, choose the account to withdraw from.

You can also request a receipt if you wish.

Then, take your card, and finally your cash! It’s that’s simple.

HSBC offers a range of easy and accessible digital banking options ... that make queuing at a branch unnecessary.

Start using them from today, and stay safe.

We're here to support you.

HSBC, together we thrive.

Listening to what you have to say about our services matters to us.